L-ikla tal-Mulej

Home
Grupp Mejda ta' l-Appostli Mellieha
English version-the passover meal and the last supper
L-ikla tal-Mulej
Kif tkun mqassma l-mejda
Kif isir ix-xoghol
English version-Method how the work is carried on
Hinijiet ta' ftuh / Opening hours
Xoghol qabel u wara l-Wirja
2005
2006
2007
2008
Attivitajiet Socjali
Favorite Links

Kull sena ghall-okkazjoni tal-festi tal-Gimgha l-Kbira, fic-Centru Parrokkjali, tintrama l-Mejda ta' l-Appostli, l-Ahhar ikla ta' Gesu' qabel miet u l-Vari tal-Gimgha l-Kbira.
 
Il-mejda tkun armata bl-ikel skond l-armar li kien ta' Alla nniffsu lill-poplu Lhudi biex ifakkar il-festa ta' l-Ghid. Skond it-tgharif fil-ktieb ta' l-Ezodu Kap XII, l-ikla kella tkun:
 
1. Haruf mixwi, bir-ras, bil-wirkejn u l-gewwieni mifrux fuq mejda bla ebda ghadma miksura.
 
2. Hobz azzmu - f'ghamla ta' ftajjar irqaq u tondi.
 
3. Haxix morr - indivja jew cikwejra msajra ma' tin u tadam imqadded.
 
4. Haroseth - speci ta' zalza minn frott imqadded, imbid u hwawar.
 
Maz-zmien imbghad zdied aktar ikel bhat-tamar u rummien, id-dezerta tal-Lhud, u l-bajd, xbiha tal-hajja.
 
It-tnax -il platt fuq l-mejda aktarx lii kienu biex jilqghu fihom il-fdal ta' l-ikel li jaqa' aqt li jkunu jieklu u mhux biex fihom jitqieghed l-ikel.
 
Ghall-hasil ta' l-idejn kellhom dorga u zingla zghira. Il-hasil ta' l-idejn kien isir qabel l-ikel tal-hobz.
 
L-isfel fid-dahla tal-mejda tidher garra bl-ilma, lembija u xugaman ghall-hasil tar-riglejn qabel l-ikel.
 
Billi l-ikla kienet tibda ma' nzul ix-xemx, fuq il-mejda kienu jixeghlu l-imsiebah u l-imnajjar.
 
Ghax-xorb ta' l-inbid kien ikun hemm tazza wahda kbira li minnha kien jixrob kulhadd. L-inbid imhallat bl-ilma kien jinxtorob erba' darbiet.
 
il-bieqja l-kbira fiha nbid, zejt, hall u hwawar. il-bwieqi gholjin kienu ghal-ilma u ghall-inbid.
 
Madwar il-mejda ma hemmx siggijiet izda bankijiet mghottija bi drapp ohxon minsug. Fuq dawn id-divani waqt l-ikel kienu jimteddu u jserrhu minkbejhom ix-xellugifuq l-mejda u jieklu b'idejhom il-leminija.
 
Fuq il-lemin tad-dhul tal-mejda, mal-gemb, hemm it-torah, il-ktieb tal-ligi miktuba - rakkont tal-hrug tal-Lhud mill-Egittu.
 
Il-kandelabru b'seba' frieghi huwa s-simbolu tal-presenza ta' Alla.
 
Il-bwieqi, il-garar, l-imsiebah, il-kalci, il-platti u kull ma hemm armat fil-mejda huma imitazzjoni tal-fuhhar antik. Il-platti ddekorati bi kwalitajiet ta' ghagin huma simboli biblici u simboli ta' l-Appostli.

dsci0005.jpg

24.jpg