| 
 Kif tghaddi l-wirja tas-sena ta' qabel, jibda x-xoghol ta'
                           ricerka f'kotba u l-lum ukoll minn fuq l-Internet sabiex jigu maghzula l-episodji li jkunu ser jigu ripprodotti fuq il-platti.
                           Din m'hix xi haga facli daqs kemm tahseb minhabba l-fatt li kull sena jigu mfittxa affarijiet li ma jkunux dehru fil-wirjiet
                           li saru qabel, b'hekk dak li jkun, meta jigi ma jarax xoghol li jkun deher drabi ohra. Il-mejda tkun imqassma fi tlett partijiet
                           principali. Jiddominaw l'parti ta' quddiem insibu kwadri bis-smid ripproduzzjoni ta' l-Appostli ta’ diversi pitturi
                           rinomati. Quddiem, fost platti ohra, nsibu mahduma bis-smid is-simboli ta' l-Appostli. 
                             Fuq wara nsibu platti kemm tar-ross kif ukoll
                           tas-smid li jirrafiguraw simboli tal-passjoni u simboli Biblici.    Ma dawn ikun hemm kwadri mahduma mis-smid li
                           jirraprezentaw mumenti fil-hajja ta' Gesu'.   B'kollox f'din il-wirja hemm 155 platti u frames, kollha
                           mahduma bl-idejn u b'pacenzja liema bhala.
                           
 |